Studenti tal-Ospitalità se jipprattikaw fil-lukandi

Read in English.

Mis-sena skolastika li jmiss, studenti tas-Sekondarja li qed jagħmlu s-SEC fl-Ospitalità, se jkollhom ċans jipprattikaw fil-lukandi.
Riżultat ta’ ftehim iffirmat bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-lukandi ta’ 5 stillel, l-istudenti fil-Forms 3, 4 u 5 se jiġu mistiedna jagħmlu din il-prattika.
Fis-sena skolastika 2015-2016, l-ospitalità u erba’ suġġetti vokazzjonali oħra ġew introdotti fl-iskejjel sekondarji kollha, bħala suġġetti li l-istudenti jistgħu jagħżlu minn Form 3.
Bħalissa hemm 11 il-skola tal-istat, 14 il-skola tal-Knisja u żewġ skejjel indipendenti li joffru s-SEC fl-Ospitalità, b’total ta’ 728 student u studenta.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li b’din l-esperjenza l-istudenti se jiżviluppaw kompetenzi li jgħinuhom jikbru bħala individwi u jesperjenzaw l-isfidi ta’ kuljum fil-post tax-xogħol.

Ritratt: DOI – Clifton Fenech