Filmat: Studenti tal-MCAST jibnu karozza tat-tlielaq

Studenti li jattendu l-MCAST nedew uffiċjalment t-tim bl-isem Skuderija Dinamika u bnew karozza għall-kompetizzjoni SAE li ddiżinjaw huma stess.
F’Settembru tal-2016, dawn l-istudenti tal-MCAST se jingħaqdu ma gruppi ta’ studenti oħra minn universitajiet u kulleġġi sabiex jippreżentaw u jagħmlu użu mill-karozzi li bnew waqt tellieqa f’Parma fl-Italja.
Il-proġett twil sentejn ġie jiswa mal-€40,000.