Studenti tal-MCAST f’Għawdex jipparteċipaw fil-kampanja Girl2Leader

Monique Caruana, studenta fl-MCAST f’Għawdex, fil-bidu ta’ dan ix-xahar kellha l-opportunità tipparteċipa fil-kampanja Girl2Leader li saret fi Brussel.
Din hija kampanja varata mill-Forum għal Mexxeja Politiċi Nisa (WPL) bi l-għan li tħeġġeġ aktar tfajliet jinvolvu ruħhom fil-
politika.
Il-kampanja laħqet il-qofol tagħha fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussel meta bosta tfajliet minn madwar l-Ewropa kellhom l-opportunita’ jitgħalmu dwar kif bosta membri tal-Parlament Ewropew involvew ruħhom fil-politika. Huma kellhom laqgħat ukoll ma’ rappreżentanti minn You Tube u Google.
F’kumment Monique Caruana, li hi minn Għajnsielem, iddeskriviet l-esperjenza bħala waħda straordinarja u indimentikabbli li ħalliet impatt fuqha. Il-kampanja kienet indirizzata fost oħrajn mill-Membri Parlamentari Ewropej Maltin Miriam Dalli u Marlene Mizzi.