Studenti tal-ITS jieħdu sehem f’fiera barra minn Malta

Għall-ewwel darba, studenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ngħataw l-opportunità, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, biex jieħdu sehem f’fiera barra minn Malta.
L-istudenti ħejjew diversi pjatti tipiċi Maltin fit-tlett ijiem li matulhom l-MTA ħadet sehem fil-fiera annwali IBTM dwar turiżmu tal-konferenzi u avvenimenti.
Il-fiera saret f’Barċellona. Hu stmat li l-padiljun ta’ Malta żaruh iktar minn 10,000 professjonist.
Skont l-MTA, dan is-settur jattira mas-86,000 delegat fis-sena, li jfisser kważi 7% tat-turisti li jżuru l-pajjiż. Hu stmat li jħalli mal-€20 miljun fl-ekonomija Maltija.