Studenti tal-Ingliż se jibbenefikaw mir-rata orħos fit-trasport pubbliku

Mill-ewwel ta’ Lulju, l-istudenti li jinsabu Malta biex jitgħallmu l-Ingliż bdew jibbenefikaw mill-arranġamenti speċjali għall-istudenti fit-trasport pubbliku.
Dan l-arranġament wasal grazzi għal ftehim bejn il-FELTOM u l-Malta Public Transport. Permezz ta’ dan il-ftehim, dawk il-barranin li qed jistudjaw l-Ingliż f’Malta u li għandhom inqas minn 16-il sena se jkunu eleġibbli għal tallinja card tal-istudenti. Dawk li huma ikbar u qed jistudjaw Malta, jistgħu japplikaw għall-card tal-adulti.
Daniel Grech, id-Direttur Kummerċjali tal-Malta Public Transport, qal li mas-77,000 student żaru Malta biex jitgħallmu l-Ingliż fl-2014. Saħaq li bl-inizjattiva, se jkun assigurat li l-istudenti jibbenefikaw minn tariffi irħas.