Studenti ta’ Theresa Nuzzo jnaddfu l-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa

L-istudenti mill-Iskola Theresa Nuzzo tal-Marsa pparteċipaw f'attività ta' tindif fil-Bajja ta' Għajn Tuffieħa. 
It-tfal, mill-Ewwel Sena sas-Sitt Sena tal-Primarja, ġabru l-iskart minn fuq il-bajja, li kien jinkludi boroż tal-plastik u anke kontenituri. 
Ma' Newsbook.com.mt, il-Kap tal-Iskola, Sr Antonia Bugeja qalet li "din kienet attività edukattiva, fejn it-tfal u l-ġenituri tagħhom, ġew aktar konxji ta' kemm hu importanti li l-bajjiet jinżammu ndaf". Irringrazzjat ukoll lill-Kunsill tal-Mellieħa għall-koperazzjoni.