Studenti Maltin jibbrillaw f’kompetizzjoni tal-Matematika

Ħames studenti Maltin rebħu midalji tad-deheb, fidda u bronż f’kompetizzjoni internazzjonali tal-matematika fil-Bulgarija.
Daniel Pisani, Eric Bader, Mark Azzopardi, Matteo Stagno u Nicolai Bonello  b’età bejn l-10 u 12-il sena kienu fost studenti minn 13-il pajjiż differenti.
Din kienet l-ewwel darba li Malta ħadet sehem fil-kompetizzjoni Mathematics Without Borders, li għaliha pparteċipawa aktar minn 16,000 student.
It-tournament joffri pjattaforma fejn l-istudenti juru l-abbiltajiet eċċezzjonali u l-imħabba tagħhom għall-Matematika.