Studenti jwaqqfu l-vann tal-iskola wara li x-xufiera taha ħass ħażin

Xufiera ta’ vann tal-Iskola fl-Istati Uniti tagħha ħass ħażin waqt li kien qed isuq u fil-pront żewġt itfal ta’ 8 snin u 9 snin ħadu l-kontroll tal-vettura u salvaw ħajjet l-istudenti l-oħra kollha abbord.

Nolan Barry ta’ 8 snin u Thomas MacKeen ta’ 9 snin kienu fi triqithom lura d-dar ġewwa Atkinson meta raw lix-xufiera tagħhom jaqa’ mal-art kawża ta’ emerġenza medika. Sadanittant, il-vettura baqgħet miexja.

Skont il-Pulizija ta’ Atkinson, Nolan u Thomas immedjatament ġrew fuq quddiem tal-vann. Nolan kien dejjem ipoġġi viċin tax-xufiera u kien ta’ kuljum josservaha kif jikkontrolla l-vettura. Minn hemm tgħallem kif jixgħel is-sistema tal-emergency brake sabiex titwaqqaf il-vettura.

Madanakollu, minkejja li issa l-vann kien wieqaf, xorta kellhom problema oħra hekk kif ix-xufiera kien għadha mitlufa minn sensiha u l-vann kellu l-bibien magħluqin. L-istudenti bdew jippruvaw jaqbdu rkaptu ta’ kif jinfetħu l-bibien. Kien hawn li Thomas, li kien l-ikbar student fuq il-vann ikkalma lill-istudenti l-oħrajn li ħafna minnhom kellhom madwar sitt snin.

Missier wieħed mill-istudenti inzerta kien qed jistenna fit-tarf tat-triq meta ġara l-inċident. Hu ra lit-tfal iħabbtu fuq il-windshield u jgħajjtu għall-għajnuna. Kien hemm meta l-missier ġera lejn il-vann u ra lix-xufiera mal-art. Xi ġenituri oħrajn ingħaqdu miegħu u ċemplu għall-għajnuna. Ġenitur irnexxielu jiftaħ il-vann mill-bieba tal-emerġenza sabiex l-istudenti kollha joħorġu b’wiċċ il-ġid.

Ix-xufiera tal-vann ittieħdet l-isptar fejn ingħatat il-kura meħtieġa u ħarġet minn hemm b’wiċċ il-ġid.