Studenti jservu 300 persuna b’ikel Malti f’Wales

Studenti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi, li qed jagħmlu diploma f’Wales, servew 300 kollega b’ikel tradizzjonali Malti f’ġurnata ddedikata proprjament għal Malta.
L-ITS laħaq ftehim ma' The Celtic Manor Resort sabiex jospita u jipprovdi esperjenzi lil studenti Maltin għal sena waqt l-istudji tagħhom. Dan huwa l-ewwel grupp ta’ studenti li ngħata l-opportunità sabiex iservi fis-seba’ ristoranti tar-Resort.
L-istudenti ħadu ħsieb li jippjanaw, jordnaw, jagħżlu r-riċetti u jagħtu l-aħjar servizz għal din l-okkażjoni. Din l-attività kienet waħda ta’ suċċess u jidher li se terġa' ssir għas-snin li ġejjin.