Studenti jipprotestaw l-armi tan-nar fl-Amerka

Eluf ta’ studenti minn madwar l-Istati Uniti kollha ħarġu mill-klassijiet, niżlu arkubtejhom barra mill-klassijiet jew żammew idejn xulxin fil-klassi sabiex ifakkru l-memorja tal-istudenti kollha li nqatlu minħabba bosta attakki fl-iskejjel b’armi tan-nar.
Dan għamluh b’att ta’ protesta sabiex l-awtoritajiet Amerikani jieħdu azzjonijiet u joħolqu liġijiet kontra l-bejgħ u l-aċċess faċli għall-armi tan-nar.
Uħud mill-istudenti libsu ħwejjeġ oranġjo, il-kulur li jintuża mill-moviment tal-kontroll fuq l-armi tan-nar.
Il-protesta bdiet ilbieraħ fl-10am u damet 17-il minuta, sabiex ifakkru lis-17-il student li nqatlu fi Florida wara attakk b’arma tan-nar fuq l-iskola minn student ieħor.
Ritratt: Reuters