Studenti jingħataw boroż ta’ studju fl-arti

11-il student ingħataw boroż ta’ studju fl-arti waqt ċerimonja f’Kastilja, li kienet ippreseduta mil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo.

Disgħa minn dawn l-istudenti ġew ippreżentati biċ-ċeritifikati mill-Prim Ministru filwaqt li t-tnejn l-oħra, li bdew l-istudji tagħhom fl-Olanda u Franza, ipparteċipaw permezz tal-video conference.

Dr. Muscat stqarr li t-talent lokali fl-arti irid ikollhu viżjoni iktar wiesa’ u awgura lil dawk kollha li qed jistudjaw barra minn Malta biex jirritornaw u jagħtu kontribut ikbar fix-xena lokali.

Huwa saħaq li l-investiment fl-edukazzjoni hija prijorità għall-Gvern u fl-aħħar baġit il-Gvern żied il-fondi allokati lill-boroż ta’ studju għal aktar minn €3 miljun. 

 

Ritratti: DOI – Reuben Piscopo