Studenti jiddiskutu l-effetti tat-teknoloġija fuq ir-relazzjonijiet

L-effetti tat-teknoloġija fuq ir-relazzjonijiet umani minn perspettiva psikoloġika kienu diskussi bejn in-National Student Travel Foundation (NSTF) u l-Betapsi, l-organizzazzjoni tal-istudenti tal-Psikoloġija tal-Università ta’ Malta.
L-istudenti indirizzaw is-suġġett minn dimensjonijiet differenti billi fakkru l-impatt tat-teknoloġija fuq ir-relazzjonijiet bejn il-koppji u l-ħbieb meta individwi jagħżlu apparat teknoloġiku u ma jissoċjalizzawx mal-oħrajn.
Saħqu dwar il-miżinterpretazzjoni ta’ messaġġi miktuba minħabba li wieħed ma jkunx jista’ jara l-espressjonijiet tal-wiċċ ta’ min ikun qed jibgħat il-messaġġ.
Semmew ukoll il-faċilità li jsir ibbuljar fuq l-internet ladarba l-bully jista’ jinħeba wara skrin.
L-NSTF fakkret li min jixtieq ikabbar il-ħiliet fir-riċerka u t-taħdit pubbliku, jista’ jingħaqad f’waħda mis-sessjonijiet organizzati minnha billi jidħol hawn.