Studenti jgħajtu “Viva l-Labour” fi skola tal-Gvern

Miguela Xuereb

Il-Ministru Evarist Bartolo qal li kien hemm każ wieħed fil-ġranet bikrija ta’ Mejju meta studenti bdew jgħajtu “Viva l-Labour” jew “Viva Joseph” f’kulleġġ tal-istat. It-tim tal-immaniġġjar fl-iskola (SMT) u l-għalliema waqqfuhom immedjatament.

Din intqal fil-Parlament, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil. Bartolo qal li dan kien l-uniku każ li ltaqa’ miegħu kemm ilu ministru.

Bartolo qal fil-Parlament li meta kienu ħerġin mis-sala tal-iskola, l-istudenti bdew jgħajtu b’dan il-mod, iżda malli ġew imwaqqfa, huma obdew mill-ewwel.

Meta mistoqsi minn Busuttil, Bartolo żied jgħid li fl-iskejjel, ma huma tollerati l-ebda slogans politiċi. Spjega li teżisti policy għall-Imġiba Pożittiva li għandha timxi magħha kull skola. Żied jgħid li l-Public Service Management Code (PSMC) tirregola l-imġiba ta’ kull uffiċjal.