Studenti jesploraw il-potenzjal tagħhom b’għajnuna ġdida

Għall-ewwel darba f’Malta, tnieda il-programm xl/Achieve li jgħin liż-żgħażagħ jerġgħu jidħlu fil-qasam edukattiv u jirnexxu.
Dan il-programm ilu żmien twil stabbilit fir-Renju Unit fejn jitmexxa minn The Prince's Trust, u ġie implimentat f'Malta matul is-sena skolastika 2015/16 bl-għajnuna tal-Prince's Trust International.
Il-programm ta' żvilupp personali qed jgħin lil studenti ta' bejn it-13 u 19-il sena biex jittrasformaw l-esperjenza tal-istudju u jagħmlu suċċess.
Il-programm sar possibbli permezz ta’ għotja ta' €300,000 mill-HSBC Malta Foundation.
Student minnhom spjega kif il-programm xl/Achieve għenu jasal: "Jien kont dejjem nispiċċa fl-inkwiet l-iskola u kont regolarment nitkeċċa. Mas-Sena 9, inqtajt totalment mill-iskola. Id-dar kont insib ruħi fl-istess storja. Bdejt nattendi skola fejn kien qed isir il-programm xl/Achieve ta’ Prince's Trust International u, għall-ewwel darba, bdejt nagħmel attivitajiet li għalihom ma kontx penalizzat, per eżempju għal żbalji ta’ ortografija. Kont naf li kapaċi għal ħiliet oħra bħal ma huma l-fotografija, il-vidjow u li kapaċi nitkellem, iżda qabel kont dejjem inkun assessjat fuq il-kitba."
Ritratt: (mix-xellug) Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, Andrew Beane u l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ma' studenti u uffiċjali fil-Kulleġġ Maria Regina Dun Manwel Attard Ċentru ta' Riżorsi għall-Edukazzjoni Żgħira tal-Adulti (YAERC) fil-Wardija