Studenti involuti fil-ħolqien tal-applikazzjoni ġdida għat-trasport pubbliku

Dawk li jużaw it-trasport pubbliku dalwaqt se jkollhom il-possibiltà li jużaw app għall-ismartphone tagħhom li ttihom informazzjoni dwar it-trasport pubbliku f’ħin reali.
L-app għaddejja mill-aħħar fażi ta’ ttestjar minn utenti tat-trasport pubbliku u mistennija tiġi mnedija fil-ġimgħat li ġejjin.
L-applikazzjoni qed issir ukoll bis-sehem ta’ TravelX, li hi kumpanija taħt il-programm tal-Young Enterprise magħmula minn żgħażagħ li jattendu l-Verdala International School.
Malta Public Transport qalet li kienet diġà bdiet tiżviluppa l-applikazzjoni, meta saret taf bl-inizjattiva ta’ TravelX, u l-kumpanija ddeċidiet li tikkollabora mal-istudenti li se jkunu qed jagħtu konsulenza lill-kumpanija tat-trasport pubbliku.