Studenti Għawdxin jiksbu suċċess f’kompetizzjoni onlajn

Gharb Primary

L-Iskola Primarja tal-Għarb illum iċċelebrat is-suċċess tal-istudenti tagħha.
15-il student ipparteċipaw f’kompetizzjoni bl-isem ta’ Super Online Competition, fejn għadd kbir ta’ studenti minn madwar id-dinja jieħdu sehem u jikkompetu bejniethom, f’dan il-każ fi kwizz tal-matematika.
Matthew Aquilina kiseb l-ewwel post u Julia Cini r-raba’ fil-kategorija numru 2, minn 21,700 parteċipant.
Gabriel Parnis kiseb l-ewwel post fil-kategorija numru 5 li ħadu sehem 44,870 parteċipant.
Is-Sindku tal-Għarb, David Apap Agius wera l-apprezzament lejn l-istudenti li ħadu sehem fil-kompetizzjoni u faħħarhom għas-suċċessi li kisbu b’post fuq Facebook.