Studenti Għawdxin jagħmlu xogħol volontarju fl-ERRC

Nhar il-Ġimgħa li għadda, grupp ta’ studenti mill-iskola sekondarja tas-subien f’Għawdex għamlu xogħol volontarju fil-kwartieri tal-Emergency Response Rescue Corps fix-Xewkija.
Waqt din l-attività, l-istudenti ħaslu l-vetturi tal-ERRC u naddfu l-inħawi ta’ madwar il-kwartieri.
Din l-attività volontarja kienet possibli grazzi għal David Camilleri, għalliem u gwida, li jieħu ħsieb dawn l-istudenti li qed jagħmlu l-programm tal-Core Curriculum Program.
Il-Core Curriculum Program  hu programm speċjali li jagħti possibilità lill-istudenti sabiex jakkwistaw ħiliet varji, fosthom soċjali u ċivili. L-għan tal-programm hu li jagħti opportunità lill-istudenti li jitgħallmu b’mod ferrieħi u relevanti.