Studenti Għawdxin iwaqqfu Front Favur il-Mina

Ġie ffurmat moviment ġdid Front Favur il-Mina li jiġbor fih Maltin u Għawdxin li jemmnu li mina bejn Malta u Għawdex hi fl-aħjar interess taċ-ċittadini.
Il-Front se jitnieda uffiċjalment għada f’konferenza tal-aħbarijiet ħdejn il-moll tal-Gozo Channel f’Sa Maison.
Se jindirizzaw ukoll il-konferenza d-Deputat Laburista Franco Mercieca u d-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
Front Favur il-Mina hu mmexxi minn erba' studenti universitarji Għawdxin. 

Reazzjoni AD
Fi stqarrija, l-Alternattiva Demokratika qalet li l-Front favur il-Mina bejn Malta u Għawdex huwa mmexxi mid-deputati Franco Mercieca u Chris Said.
L-Alternattiva qalet li filwaqt li tifhem is-sentimenti popolisti tagħhom, hi tal-fehma li meta għad jonqos ħafna studji bażiċi xi jrisu għadu kmieni wisq biex isiru kampanji favur.