Studenti f’Pembroke jilqgħu lil Justine

Il-kantanta żagħżugħa Justine Shorfid, klassifikata fit-tieni post waqt X Factor Malta, fl-aħħar ġranet laqgħet stedina mid-diriġenti tas-St. Caire College, San Miguel Resource Centre f’Pembroke.

Kienet esperjenza mill-isbaħ għal kulħadd, inkluż għall-kantanta li wat iż-żjara tagħha interpretat kanzunetti bħal Spirit u l-favorita ta’ ħafna Dance Monkey.

Justine interaġixxiet mat-tfal preżenti u l-edukaturi u l-atmsofera kienet waħda mill-aktar ferrieħija u b’sorpriża għall-kantanta hi ġiet preżentata b’rigali magħmula bl-idejn li l-istess studenti għamlu.

Il-kantanta żagħżugħa kienet ukoll mogħtija bosta messaġġi minn dawn l-istess studneti, li hija stqarret li kienu messewlha qalbha.