Studenti fil-Parlament jiddiskutu l-isfidi taż-Żmien Diġitali

Fil-Parlament, fi tmiem il-ġimgħa, saret l-aħħar sessjoni tal-Mini-European Assembly b’għadd ta’ żgħażagħ li ddiskutew it-temi tal-Għixien fi Żmien Diġitali u l-ħarsien tad-drittijiet fuq l-internet.
Is-sessjoni ġiet ippreseduta mid-Deputat Speaker, Ċensu Galea, li rrimarka dwar opportunitajiet li ġġib magħha t-teknoloġija imma anke l-isfidi ta’ abbuż.
Is-sessjoni finali ġiet indirizzata wkoll minn Antonio Ghio, President tal-Malta IT Law Association, u minn Steve Purser, Kap fi ħdan l-Aġenzija tal-UE għas-sigurtà fuq l-internet.
Matulha tħabbru r-rebbieħa ta' din is-27 edizzjoni tal-Mini-European Assembly.
It-tim mill-Università ta' Malta, magħmul minn Jacqueline Grech Licari, Maria Ellul, Nathan Grech, Gabriel Mamo Drury, Rebekah Attard Trevisan u Jessica Napier rappreżentant tar-Repubblika Ċeka, kienu r-rebbieħa tal-Mini European Assembly.
It-timijiet mill-Università ta’ Malta li jirrappreżentaw lill-Ungerija u lill-Italja ġew it-tieni u t-tielet rispettivament. Huma ngħataw Prize Tour minn NSTF għall-Istituzzjonijiet Ewropej prinċipali.
L-istudenti Timothy Grech (G.F.Abela Junior College), Matthew Attard (Kulleġġ De la Salle), Chiara Vassallo, Jake Camilleri, Matt Micallef St. John, Erica Camilleri u Therese Lia (Università ta’ Malta) u Michela Galea (Kulleġġ San Alwiġi) kienu nominati Ambaxxaturi tal-NSTF Mini-European Assembly waqt li Jacob Callus (Kulleġġ San Alwiġiġie mogħti l-Premju mill-Ministeru tal-Edukazzjoni għall-Aħjar Sforz u Manuel Zarb (Università ta’ Malta) rebaħ il-Premju għall-aqwa Potenzjal fid-Dibattitu tal-President. 
Il-Premju għall-Oriġinalità u l-Espressjoni ingħata lil Illenia Agius (Università ta’ Malta).
Id-Deputat Speaker ippreżenta sponsorship min-naħa tal-Parlament lin-National Student Travel Foundation (NSTF) li torganizza l-attività. 
Ritratt: SPK