Studenti b’maskri quddiem Kastilja jitolbu lill-PM ineħħi lill-AĠ u ‘l-Kummissarju

Għadd ta’ studenti organizzaw protesta żgħira quddiem Kastilja lebsin maskri anonimi stil Guy Fawkes.
Fi stqarrija mibgħuta minnhom, l-istudenti kitbu hekk:
“Ninsabu bilqiegħda hawnhekk f’isem ħadd, iżda f’isimna: studenti Maltin, ħaddiema żgħażagħ, u dawk kollha li qed nirtu dal-pajjiż minn ta’ qabilna.
Kulma qed nitolbu hija kontabbiltà, is-saltna tal-liġi, l-istabbiltà, u l-istrutturi kollha li jissalvagwardjaw nazzjon sigur biex tgħix fih.”
Il-grupp li kien qed jagħmel il-protesta temm jgħid li jistennew korp tal-pulizija li jistgħu jafdaw, u gvern li jafferma li kapaċi jmexxi pajjiż.
Talbu lill-PM biex jirrispetta l-vot li tah il-poplu, u jitlob lill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija jirriżenjaw.