Studenti 18+: Bżonn kunsens biex il-ġenituri jmorru l-parents day waħedhom

Jekk ġenituri ta’ studenti li għandhom aktar mit-18-il sena jixtiequ jattendu għal jum il-ġenituri (parents day) mingħajr il-preżenza ta’ wliedhom, dawn ikollhom bżonn il-kunsens tagħhom.

Kelliema għall-Ministeru għall-Edukazzjoni qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-iskejjel qed jagħtu opportunità lill-ġenituri ta’ studenti post-sekondarji li għandhom aktar mit-18-il sena biex bħal ġenituri oħra jkunu jistgħu jattendu l-parents day.

Il-kelliema qalet li madanakollu, l-informazzjoni fuq dawn l-istudenti l-kbar, li ma jkunux preżenti, tingħata lill-ġenituri ġaladarba l-iskola tirċievi l-kunsens minn dawn l-istudenti.