Student u tixtieq ir-riċerka tiegħek tkun aċċessibbli għall-pubbliku?

Se jkun possibbli biex r-riċerki ta' studenti universitarji jkunu aċċessibbli onlajn għall-pubbliku.
L-Għaqda tal-Malti waqqfet l-inizjattiva Sinteżi bl-għan li teżijiet interessanti u ta' kwalità jkunu jistgħu jinqraw kif ukoll jgħinu fir-riċerka li tkun qed issir.
It-teżijiet se jvarjaw bejn dawk ta' natura lingwistika u letterarja, u s'issa se hemm 'Elementi ta’ Intertestwalità fil-poeżija ta’ Maria Grech Ganado' ta’ Romilda Formosa u 'Analiżi tad-Diskors Politiku' ta’ Christa Boffa.
Ta' kull sena, id-Dipartiment tal-Malti jorganizza seminar sabiex studenti jippreżentaw ir-riċerka tagħhom li jkunu qegħdin jagħmlu fil-livell ta' Masters.
L-Għaqda tal-Malti ħeġġet ukoll biex issir pubblikwazzjoni dwar ir-riċerka u l-metodoloġija bl-ilsien Malti.