Student tal-MCAST joħloq sit elettroniku lil kumpanija

Student tal-MCAST ippreżenta sit elettroniku li ħoloq u ddisinja għal kumpanija, PaintMalta, li twaqqfet biex permezz ta’ attivitajiet differenti, tippromwovi l-arti u l-wirt kulturali fil-Kottonera.
Fi stqarrija, l-MCAST qal li diversi studenti, fl-aħħar tliet snin, ħolqu applikazzjonijiet teknoloġiċi, websajts u sistemi ta’ sapport għal għaqdiet mhux governattivi jew entitajiet oħra.
Dawn il-proġetti jipprovdu opportunità lill-istudenti biex iwettqu fil-prattika dak li jitgħallmu fil-kulleġġ waqt li jipprovdu l-għodda lill-entitajiet biex itejbu ħidmiethom.
Is-sit elettroniku għal PaintMalta sar mill-istudent tat-Tielet Livell, Rositisav Dascal.