Student minn Bormla jfalli iktar minn dak minn Ħ’Attard

Student tal-iskola minn Bormla jfalli aktar minn wieħed minn Ħ’Attard skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Dan joħroġ minn rapport tal-NSO dwar l-edukazzjoni formali li se jiġi ppubblikat għada. Skont l-NSO, fis-sena akkademika 2016/2017, studenti residenti Ħ’Attard kellhom medja ta’ 7.5 ġranet ta’ assenza. Min-naħa l-oħra, l-istudenti mill-Bormla fallew mejda ta’ 23.7 ġranet.

L-NSO sabet ukoll li fis-snin akkademiċi tal-2012/2013 u l-2016/2017 il-popolazzjoni tal-istudenti fil-pre-primary, primarja, u sekondarja kienet ta’ madwar 55,000 studenti fis-sena.

Fis-sena 2016/2017, 57.6% tal-istudenti fil-pre-primary, primarja, u sekondarja kienu qed jattendu skola tal-Gvern. Kien hemm 29.2% imorru fi skola tal-Knisja filwaqt li 13.2% kienu jmorru skola indipendenti.

Mill-ħames snin li ġew evalwati mill-NSO, instab li l-iskejjel tal-Knisja kellhom l-akbar medja tad-daqs tal-klassijiet fil-primarja u anke s-sekondarja. L-iskejjel tal-istat kellhom l-iżgħar daqs tal-klassijiet.