Student Malti ppremjat mill-Korp Konsulari Onorarju

Il-Korp Konsulari Onorarju ppremja lil Sean Agius, student tal-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi għax-xogħol eċċellenti tiegħu.
Agius ġab ukoll l-ogħla marka fit-teżi qalb l-istudenti li kienu qed isegwu l-Masters fl-Istudji Diplomatiċi.
Id-Dekan tal-Korp, Godwin E. Bencini, ppreżenta l-premju lil Agius filwaqt li xtaqlu karriera twila u ta’ suċċess fil-qasam tas-Servizzi Barranin.
Bencini kompla jgħid kif dan il-premju annwali għandu jiġi rikonoxxut bħala l-kontribuzzjoni tal-Korp għall-iżvilupp ta’ diplomatiċi professjonali.
Il-Premju tal-Korp Konsulari Onorarju ilu jingħata għal dawn l-aħħar tlett snin fejn jippremja lil dawk l-istudenti li jġibu l-ogħla marka fit-teżi tal-Masters fl-Istudji Diplomatiċi.