Student joqtol għalliem fi skola f’Barċellona

Għalliem inqatel u 4 studenti ndarbu b’mod ħafif meta student, ta’ 14-il sena, daħal f’bini ta’ skola armat bi crossbow – arma li tispara vleġġa b’veloċità qawwija, ferm iktar b’saħħitha minn qaws manwali.
Il-każ seħħ dalgħodu, ftit wara d-9.00am, fi skola f’Barċellona fi Spanja.
Skont l-ewwel investigazzjonijiet, iż-żagħżugħ daħal l-iskola bl-arma u sparaha direttament kontra l-għalliem u qatlu fil-post.
Imbagħad dar għal fuq sħabu u darabhom b’mod ħafif. Il-Pulizija arrestatu ftit tal-ħin wara.