Il-Ministru għall-Ambjent, José Herrera ħabbar t-twaqqif ta’ Ambjent Malta waqt konferenza stampa fil-Qrendi.
Herrera sostna li dan qed isir biex dak li se jkun qed jinbena, jissarraf f’valur għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Skont il-Ministru, dan huwa ż-żmien opportun biex Malta jkollha struttura aktar atrezzata u viżjoni aktar fit-tul.
Ġie maħtur ukoll Bord ta’ Governanza biex jitkabbar l-għarfien u l-apprezzament lejn in-natura Maltija.