Strummin mhux biss divertiment; iħejji żgħażagħ għal kunċerti

Facebook

Strummin huwa l-kunċert annwali għall-karità li jiġbor flimkien kitarristi, kantanti u mużiċisti. Dan il-kunċert huwa wieħed mill-aktar avvenimenti mistennija f’Malta u ilu jsir 18-il sena.

Oriġinarjament Strummin’ beda bħala proġett żgħir iżda maż-żmien kiber u sar mistenni fil-kalendarju mużikali ta’ Malta filwaqt li kkontribwixxa għal diversi karitajiet lokali u proġetti umanitarji. Diversi individwi u ħbieb iddeċidew li jniedu il-Fondazzjoni Strummin’.

Din il-Fondazzjoni għandha għan ikbar minn sempliċement tipproduċi spettakli annwali. Hija mpenjata li tiffoka fuq is-sensibilizzazzjoni mużikali billi tinvolvi liż-żgħażagħ, u hekk tfittex li tħeġġiġhom u tgħinhom jiżviluppaw it-talenti u l-ħiliet tagħhom.

Din il-fondazzjoni ġiet imwaqqfa biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jesprimu l-kreattività tagħhom permezz tal-mużika, jipprovdu programmi u riżorsi edukattivi biex jiffaċilitaw dan, joħolqu ambjent li jkattar il-kollaborazzjoni u networking bejn mużiċisti, jibnu proġetti li jippermettu liż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet u jiksbu esperjenzi ġodda, u tkompli tiġbor fondi għal proġetti umanitarji.

Fl-10 ta’ Mejju l-Fondazzjoni organizzat l-ewwel avveniment tagħha għall-komunità ta’ Strummin’. Matul din l-attività tħabbru l-pjanijiet għas-sentejn li ġejjin. Matul is-sajf il-fondazzjoni Strummin’ se tkun qed l-ewwel proġett edukattiv bl-għajnuna ta’ grupp ta’ voluntiera entużjasti biex jiżviluppa kontenut u jgħallmu l-kitarra lil dawk ta’ kull età li għandhom il-ħajra jibdew jitgħallmu dan l-istrument.

Permezz ta’ dna il proġett il-kunċert annwali għall-karità Strummin’ se jkun iktar aċċessibbli għaż-żgħażagħ peress li l-ħiliet bażiċi biex wieħed jieħu sehem fil-kunċert se jiġu pprovduti permezz ta’ dan il-programm. Il-kunċert għall-karità li jmiss ta’ Strummin’ se jsir fl-2020. Fit-tħejjija għall-kunċert, il-mużiċisti jiġu nkoraġġuti biex jiltaqgħu, jaħdmu flimkien u joħolqu arranġamenti innovattivi għall-kitarristi intermedji u ta’ livell ogħla li għandhom jintużaw f’din is-serata.

Din is-sena il-Fondazzjoni mhux se tkun qed ittella’ il-kunċert tradizzjonali għall-karità. Madankollu l-Fondazzjoni qed taħdem fuq proġetti ġodda biex ittella’ spettakli b’differenza. Qed jiġu żviluppati xogħlijiet kreattivi ġodda, iffukati fuq il-kitarristi u l-mużiċisti, bi pjan li jittellgħu fl-2019 u l-2020.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook jew Instagram. Il-Fondazzjoni Strummin’ appellat li qed tfittex li tistabbilixxi sħubijiet ewlenin ma’ sponsors korporattivi, kif ukoll tirrekluta voluntiera entużjasti biex jgħinu lill-Fundaturi u l-Bord tal-Amministraturi jwettqu l-viżjoni tagħhom u jgħinu li jintlaħqu l-għanijiet tal-Fondazzjoni. Min jixtieq jagħmel dan jista’ jibgħat emial fuq foundation@strummin.mt.