Strootman iħalli lil Roma wara ħames snin

Kevin Strootman telaq lit-tim tas-Serie A Roma wara li l-midfielder ma ntgħażilx għal-logħba kontra l-Atalanta. Il-plejer Olandiż mar jilgħab fl-Italja wara li nfired minn ma’ PSV Eindhoven fl-2013 għas-somma ta’ €17.5m u ġedded il-kuntratt għall-ħames snin oħra f’Mejju 2017. Madanakollu l-esperjenza tiegħu fl-iStadio Olimpico ġiet fi tmiemha wara li t-tim Taljan aċċetta l-offerta ta’ €25m ta’ Marseille fejn it-tmexxija tat-tim tinsab f’idejn l-eks kowċ ta’ Roma Rudi Garcia.

Roma biegħu wkoll lil Radja Nainggolan lil Inter Milan filwaqt li Alisson ingħaqad ma’ Liverpool u b’hekk il-partitarji ta’ Roma esprimew id-diżappunt tagħhom minħabba li telaqhom plejer ieħor li għandu bosta kwalitajiet tajbin.