Dalgħodu tħabbar li r-restawratur u l-iskultur Renzo Gauci ħalla din id-dinja. Huwa kien speċjament magħruf għax-xogħol tiegħu fuq l-istatwi tal-kartapesta.
Renzo Gauci, minn Ħal Tarxien tilef il-battalja tal-kanċer fl-età ta’ 59 sena.
Huwa kien magħruf ukoll għax-xogħol tiegħu fl-injam. Intant uħud mix-xogħolijiet tiegħu jinkludu l-bradella tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu għall-Parroċċa tal-Fgura, in-niċċa għall-vara ta’ Marija Reġina fil-Marsa u xogħol ieħor għall-Knisja tal-Madonna tal-Pilar fil-Belt.
Fuq Facebook għexieren ta’ persuni esprimew id-dieqa tagħhom għal din it-telfa filwaqt li taw l-għomor tagħhom lil familja Gauci.
Hallejtni bla kliem …Malta tilfet artist bravu u umli!Ma ninsa qatt l-esperjenzi sbieh u d-diskussjonijiet li…
Posted by Neil Zammit on Wednesday, August 29, 2018
Illum Hal Tarxien tilef wiehed min Uliedu, hija ahbar li tqabadni dieqa kbira! Kien artist umili hafna u kien ihobb dak…
Posted by Stephen Schembri on Wednesday, August 29, 2018