Street Elements f’workshops fil-Polonja

L-iskola tal-Hiphop – Street Elements se tkun qed tipparteċipa f’workshops taż-żfin fil-Polonja dan is-sajf. Street Elements għadhom kemm ħarġu żewġ filmati taż-żfin, wieħed biex iqajmu kuxjenza dwar l-abbuż mix-xorb u ieħor b’koreografija tal-Hip Hop.


L-iskola tal-Hiphop se tkun qed tqatta’ ġimagħtejn ma’ professjonisti f’dan il-qasam sabiex flimkien jaqsmu l-għarfien tagħhom dwar dan il-ġeneru ta’ żfin. Se jkunu qed jieħdu sehem ukoll fl-attivitajiet ta’ Catch the Flava, Outbreak Europe bboy u Hiphop Championships 2018.