Streamer kommemorattiv minn Malta jiddendel f’Old Trafford

Il-Manchester United Supporters’ Club ta’ Malta, li fl-4 ta’ Frar 2019 ser ikun qed jiċċelebra s-sittin anniversarju minn meta twaqqaf, ingħata ċ-ċans li jdendel streamer fil-grawnd tal-klabb Ingliż sabiex jikkommemora dan l-avveniment.

L-istreamer, li ddendel għall-ewwel darba fid-draw ta’ 1-1 li Manchester United kisbu kontra Wolves nhar is-Sibt 22 ta’ Settembru, huwa twil 9 metri u mistenni jitħalla f’Old Trafford sa tmiem l-istaġun.

Il-Manchester United Supporters’ Club ta’ Malta huwa l-eqdem klabb fid-dinja li jsegwi bi ħġaru dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ wieħed mill-akbar timijiet fl-Ingilterra.