Strajk tat-trasport pubbliku fin-Netherlands; jitħassru 80 titjira

Madwar 80 titjira sejrin lejn Schipol f’Amsterdam u ġejjin mill-istess post tħassru llum peress li hemm strajk tat-trasport pubbliku madwar il-pajjiż kollu. Dan wassal biex diversi passiġġiera u impjegati jkollhom diffikultà biex jaslu fit-tielet l-ikbar ajruport fl-Ewropa.

Kważi x-xufiera kollha tat-tren, tal-karozzi tal-linja u tat-tramm fin-Netherlands strajkjaw għal 24 siegħa sabiex jipprotestaw dwar riformi proposti fis-sistema tal-pensjoni tal-pajjiż.

Bosta linji tal-ajru ewlenin, fosthom ir-Ryanair u l-Easyjet, qegħdin javżaw lill-passiġġiera sabiex jipposponu t-titjiriet tagħhom.