Strajk fl-Italja għada; titjiriet imħassra

Għada se jkun hemm strajk nazzjonali fl-Italja. It-trasport fil-pajjiż se jiġi affetwat b’mod sinifikanti.

Il-ħaddiema tas-servizz pubbliku u anke dawk fis-settur privat huma rrabbjati dwar pagi baxxi, dwar il-pensjonijiet, u dwar kundizzjonijiet foqra fuq il-post tax-xogħol.

Il-ħaddiema tal-Alitalia, il-linja nazzjonali tal-ajru, se jitilqu minn fuq ix-xogħol f’nofsilejl tal-25 ta’ Ottubru. Fost dawk li se jkunu fuq strajk hemm piloti, cabin crew, u ground staff.

Il-Ministeru għat-Trasport fl-Italja qal li ħafna ajrupoti se jesperjenzaw strikes.

Il-ħaddiema tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru se jieqfu bejn is-1pm u l-5pm.

L-Alitalia ħassret aktar minn 200 titjira. Il-linja tal-ajru easyJet ħassret 32 titjira – 5,000 passiġġiera ġew affettwati. Il-linja tal-ajru Ryanair qalet li jista’ jkun li tikkanċella xi titjiriet ukoll.