Strajk fil-Greċja fost l-oħrajn minn tobba u għalliema

Ħaddiema tas-settur pubbliku fil-Greċja fosthom tobba u għalliema, se jagħmlu strajk bħala protesta kontra t-tnaqqis tas-servizzi ċivili u transfers.

Dan l-istrajk mistenni jdum għaddej jumejn hekk kif kredituri internazzjonali tal-Greċja qed jiltaqgħu f’Ateni.

L-istrajk kien xprunat mill-pjan li 25,000 ħaddiem taċ-ċivil jingħataw inqas paga, qabel ma jiġu rilokati x’imkien ieħor jew jitkeċċew.