Strajk fi Franza kontra l-pjanijiet ta’ Macron dwar il-pensjoni

Franza jinsab għarkubtejh wara li jissejjaħ strajk nazzjonali li laqat l-iskejjel u t-trasport pubbliku.

Il-ħaddiema Franċiżi huma rrabjati li qed ikunu sfurzati li jirtiraw aktar tard jew inkella titnaqsilhom il-pensjoni.

Dan hu meqjusa bħal l-ikbar strajk f’numru ta’ snin hekk kif ma’ dawn il-ħaddiema ngħaqdu ukoll il-pulizija, l-avukati, staff tal-isptarijiet u l-arjuporti.

Il-unjins urew id-disapprovazzjoni tagħhom għal pjanijiet tal-President Emanuel Macron li jintroduċi sistema tal-pensjoni universali bbażata fuq il-punti.