Isqof jipprojbixxi Senatur milli jitqarben minħabba l-vot tiegħu favur l-abort

Naqbel perfettament mal-Kardinal Timothy Dolan, Ċermen tal-Kumitat Favur il-Ħajja tal-Konferenza Episkopali Amerikana, li ddeskriva n-nuqqas tas-Senat Amerikan li japprova liġi li tipproteġi trabi mhux mitwielda li kapaċi jħossu l-uġigħ, bħala ħaġa tal-mistħija.
Din id-dikjarazzjoni uffiċjali għamilha l-Isqof Thomas John Paprocki ta’ Illinois, fl-Istati Uniti, li ħabbar ukoll li s-Senatur Richard Durbin m'għandux jitħalla jitqarben minħabba l-persistenza ostinata tiegħu fid-dnub il-mejjet. 
L-Isqof kien qed jirreferi għall-appoġġ konsistenti tal-istess Senatur favur l-abort u partikolarment il-vot kontra il-liġi msemmija.
Erbatax il-Senatur Kattoliku vvutaw kontra l-imsemmija liġi li riedet tipprojbixxi l-abort wara 20 ġimgħa tat-tqala. Fost dawn kien hemm is-Senatur Durbin li joqgħod fi-djocesi ta’ Springfield f’Illinois.
F’April tal-2004 l-Isqof Kevin Vann, li dak iż-żmien kien il-kappillan tas-Senatur Durbin, kien qal li jsib diffikulta jqarben lill-imsemmi Senatur għax il-pożizzjoni tiegħu favur l-abort ma tħallihx f’għaqda mal-Knisja u t-tagħlim tagħha dwar il-ħajja.
Artiklu 915 tal-Liġi Kanonika jgħid li “dawk li ostinatament jippersistu manifestament fid-dnub il-mejjet m'għandhomx jitħallew jitqarbnu”.
Fl-istqarrija li ħarġet fl-2004 dwar “Il-Kattoliċi fil-Ħajja Politika” il-Konferenza Episkopali Amerikana qalet “li wieħed ma jiddefendix il-ħajja ta’ persuni innoċenti mingħajr difiża, hu dnub kontra l-ġustizzja. Għalhekk dawk li jagħmlu l-liġijiet huma obbligati fil-kuxjenza tagħhom biex jaħdmu biex jikkoreġu liġijiet li huma moralment difettużi għax inkella jkunu qed jikkoperaw fil-ħażen u jidinbu kontra l-ġid komuni”.
Billi r-rekord tal-vot tiegħu tul ħafna snin jappoġġja l-abort,  jikkostitwixxi ‘ostinazzjoni persistenti fid-dnub il-mejjet’ aħna nibqgħu determinati li s-Senatur Durbin m'għandux jitħalla jitqarben sakemm jindem minn dan id-dnub. 
Dan mhux qed isir b’kastig, imma biex jibdel fehemtu.
Is-Senatur Durbin kien hemm żmien meta kien favur il-ħajja.