Storja li għandha x’taqsam mal-Evanġelju

Fr Louis Mallia mssp il-mistieden residenti tal-programm Il-Kelma li jixxandar illum fil-5.30pm fuq One TV, illum se jirrakkonta storja li ukoll għandha x’taqsam mal-Evanġelju li se jiġi moqri minn Maria Galea Farrugia.

Antonella Galea Loffreda mbagħad se tistaqsi xi mistoqsijiet lil Mary Rose Lewis u ovvjament lil Fr Louis dwar dak li għandna ngħixu mis-suggetti li joħorġu minn dan l-Evanġelju.

Programm li għalkemm mhux twil ħafna imma xorta jkun interessanti għaliex apparti minn hekk, Robert Aloisio qed jiktbilna scripts li qed iservi biex naraw kif għexu nies oħra, u x’għamlu kemm għall-Maltin u anke nies barranin li għenu biex il-popli jgħixu b’dinjita’. Illum se nsiru nafu iktar lil Ġużè Bonnici. 
 
Il-produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Il-programm ikollu repetizzjoni l-Ħadd fil-11.30am fuq One TV.