Storja inkredibbli: Jirnexxielu jsalva mill-attakki tal-11 ta’ Settembru u ta’ Pariġi

Matthew, Amerikan ta’ 36 sena li iżda jgħix f'Pariġi, wara l-attakki ta’ Pariġi rrakkonta storja li ma titwemminx. 
B’fortuna kbira, Matthew hu wieħed minn dawk li rnexxielu jsalva mill-attakki tal-11 ta’ Settembru kif ukoll mill-attakki ta’ Pariġi. 
Meta 14-il sena ilu ġara l-attakk terroristiku fuq il-World Trade Centre, Matthew kien isfel nett. 
Meta ġimagħtejn ilu t-terroristi attakkaw lil Pariġi, Matthew kien wieħed minn dawk miġbura fit-teatru Bataclan għall-kunċert tal-Eagles of Death Metal. 
Meta sema’ l-isptaraturi ġot-teatru, Matthew prova jaħrab u kien dak il-ħin li wieħed mit-terroristi sparalu lejn saqajh.  Minħabba l-ferita ried jitkaxkar bilfors mal-art.  L-unika ħin li seta’ jaħrab kien meta t-terroristi bdew jieqfu biex jiimlew il-kalashnikovs. 
Dakinhar tal-kunċert, ma’ Matthew kellu jkun hemm martu, li iżda ddeċidiet tibqa’ d-dar minħabba li ma sabet lil ħadd jieħu ħsieb liż-żewġ uliedhom.