Stokkolma: Jammetti għall-akkużi ta’ terroriżmu

L-agressur li saq trakk għal fuq in-nies fi Stokkolma l-ġimgħa l-oħra ammetta fil-Qorti għall-akkużi ta’ terroriżmu.
Fi stqarrija l-avukat tiegħu qal li hu ammetta li wettaq l-att ta’ terroriżmu waqt l-ewwel seduta tal-Qorti dwar il-każ fi Stokkolma.
Rakhmat Akilov ta’ 39 sena mill-Uzbekistan refa’ r-responsabbilità għall-attakk li ħalla erba’ persuni mejta u oħrajn midruba.
Il-Pulizija Svediża qalet li Akilov kien magħruf mas-servizzi tas-sigurtà.