Stoke relegati wara għaxar snin fil-Premier League Ingliża

It-telfa ta’ 1-2 kontra Crystal Palace tfisser li fl-istaġun li jmiss Stoke City se jkunu qed jilagħbu fiċ-Championship Ingliża.
Fil-konfront li ntemm ftit tas-sigħat ilu, it-tim immexxi minn Paul Lambert, li nħatar bħala kowċ tal-Potters wara t-tkeċċija ta’ Mark Hughes fil-bidu ta’ Jannar, mar fil-vantaġġ grazzi għal free kick ta’ Xerdan Shaqiri. Madanakollu Crystal Palace naqqsu d-distakk fis-68 minuta meta James Mc Arthur għeleb lil gowler Jack Butland b’xutt fil-baxx. 
ien imbagħad l-Olandiż Patrick van Aanholt li temm it-tamiet ta’ Stoke billi skorja l-gowl tar-rebħa fis-86 minuta wara żball difenżiv ta’ Ryan Shawcross.
Ir-rebħa tat ċertezza matematika lil Crystal Palace li issa jafu biċ-ċert illi se jkunu qed jikkompetu fl-ogħla diviżjoni Ingliża għal staġun ieħor.