Stock tal-Gvern: Titħabbar ir-rata ta’ mgħax

It-Teżor iħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-istock tal-gvern ta’ Malta 2020 (VI) b’rata ta’ mgħax li tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur, għall-perjodu bejn id-29 ta’ April 2020 u t-28 ta’ Ottubru 2020 (iż-żewġ dati inklużi), hi ta’ 0.603% p.a.

Din ir-rata ta’ mgħax hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppubblikata t-Tnejn 27 ta’ April 2020 b’-0.147%, flimkien ma’ spread ta’ 75 basis points.  

Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 7(e) tal-Prospett li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Ottubru 2014 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru. 1028.