Stock tal-Gvern: It-Teżor iħabbar ir-rata ta’ mgħax

It-Teżor ħabbar li r-rata tal-imgħax tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta 2019 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn is-27 ta’ Novembru 2017 u s-26 ta’ Mejju 2018 (iż-żewġ dati inklużi) hi ta’ 0.079% p.a.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li din ir-rata ta’ mgħax hi bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppubblikata nhar il-Ħamis, 23 ta’ Novembru 2017 b’ -0.271% flimkien ma’ spread ta’ 35 basis points.
Dan l-avviż qed jinħareġ skont paragrafu 6(e) tal-Prospett li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fl-20 ta’ Novembru, 2015 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru 1143.