Sting iħassar xi kunċerti b’ordni tat-tabib!

Ritratt: Yancho_Sabev

Il-kantant Sting se jkun qed iħassar xi kunċerti li kellu, għada l-Ħamis fi Stuttgart, fil-Ġermanja u l-Ġimgħa fir-Repubblika Ċeka. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa tħabbar li qed jikkanċella l-wirjiet tiegħu f’Ghent, fil-Belġju u fi Munich, fil-Ġermanja.

Skont is-sit uffiċjali tal-kantant, ix-xow li jmiss ta’ dan il-kantant se jkun waqt il-Bospop Music festival li se jsir il-Ħadd li ġej fl-Olanda.

Ritratt: Twitter

Mhux magħrufa l-kundizzjoni f’saħħet il-kantant ta’ 67 sena li wasslet lit-tobba biex jordnawlu jikkanċella dawn il-kunċerti biex minflok jistrieħ.