Stilla tal-isnowboarding jegħleb il-kanċer u jirbaħ kompetizzjoni

L-istilla tal-isnowboarding Max Parrot fl-2018 kellu jitlef il-bqija tal-istaġun biex jieħu t-trattament għall-kanċer. Il-Kanadiż li kien rebaħ il-midalja tal-fidda fi PyeongChang fl-2018, kellu jagħmel operazzjoni wara li saritlu dijanjosi ta’ Hodgkin’s lymphoma.

Hu wasal jirbaħ il-kompetizzjoni tal-isnowboarding xahrejn biss wara li spiċċa t-trattamenti kollha tal-kimoterapija.

L-atleta li dak iż-żmien kellu 24 sena kien qal li mhux se tkun faċli għalih li jibqa’ d-dar f’dan iż-żmien tas-sena. Spjega kif is-soltu dan iż-żmien ikun qed jivvjaġġa. Kien stqarr li issa għandu sfida kompletament ġdida x’jaffaċċja.

Parrot kien qed jieħu l-kura fi sptar qrib id-dar tiegħu fi Quebec. L-ispeċjalista li kienet qed tieħu ħsiebu kienet qalet li l-marda ndunaw biha meta kienet għadha fi stadju bikri. Spjegat kif Parrot kein se jkollu jagħeml sitt xhur jieħu l-kimoterapija.

It-tim Kanadiż tal-isnowboarding kien għadda messaġ pożittiv lil Parrot wara li tħabbret l-aħbar.