Stilla Maltija fl-Italja

Simpatika, ferriħija u mimlija talent. Hekk ġiet deskritta mill-iskola tal-kant tagħha Giorgia Borg, li ġiet magħżula biex tipparteċipa fuq il-programm Taljan Circus Jnr.
Giorgia kienet waħda mill-eluf ta’ kontestanti li applikaw biex jipparteċipaw f’dan il-programm minn madwar l-Ewropa, u hi l-uniku Maltija li ġiet magħżula.
Circus Jnr hu programm ġdid li se jibda jixxandar fuq il-Mediaset.
B’esperjenza fix-xena mużikali minn mindu kellha ħames snin, Giorgia rebħet diversi kompetizzjonijet tal-kant interneazzjonali.
Ritratt: Giorgia Borg