Stilel tal-Premier League bil-body guards f’Dubai

Stilel tal-Premier League qabbdu nies apposta biex jipproteġuhom waqt li qegħdin fuq btala f’Dubai. Il-plejers qed jibżgħu li jkunu attakkati.

Titjira b’ħafna plejers magħrufa siefru lejn il-Lvant Nofshani biex iqattgħu xi jiem jirrilassaw waqt iż-żmien ta’ waqfa mill-Premier League.

Paul Pogba tħarreġ waħdu filwaqt li l-bqija tat-tim ta’ Manchester United tħarrġu flimkien fi Spanja. Marcus Rashford deher ma Ryan Sessegnon u James Maddison deher ma’ sieħbu li jilgħab ma’ Leicester Ben Chilwell.

Manchester United, Chelsea u Arsenal trenjaw ukoll fl-istess kumpless sportiv f’Dubai u l-Gunners kellhom iċ-ċans li jirkbu fuq l-iġmla. Iżda r-rapporti qed jgħidu li kienu sfurzati jonfqu l-eluf fuq body guards minħabba li l-plejers setgħu jkunu fil-periklu li jispiċċaw vittmi tal-ħallelin.