Stħarriġ xjentifiku għall-protezzjoni tad-dniefel u l-fkieren

Il-MEPA nediet stħarriġ ibbażat fuq dagħjsa biex tinġabar informazzjoni xjentifika dwar id-dniefel u l-fkieren.
Dan l-istħarriġ se jwassal għal aktar tagħrif dwar l-istat ta’ konservazzjoni kif ukoll għall-identifikazzjoni ta’ żoni potenzjalment importanti għal dawn l-ispeċi.
L-istħarriġ hu parti mill-proġett Life, li jiswa’ €1 miljun.
Għalkemm dawn iż-żewġ speċi huma protetti il-miżuri u l-prattiċi ta’ konservazzjoni jsiru effettivi biss meta tkun disponibbli d-data.
Għal dan il-proġett, il-MEPA ingħaqdet ma’ KAI Marine Services kumpanija Spanjola ta’ konservazzjoni marittima li se tkun qed tikkontribwixxi wkoll.
Kull min hu nteressat li jsegwi dan il-proġett jew jipparteċipa bħala volontier jista’ jagħmel kuntatt mat-team tal-proġett permezz tal-imejl life.migrate@mepa.org.mt