Stħarriġ dwar kemm jinstemgħu tiri fl-istaġun tal-kaċċa

L-għaqda tal-Kaċċaturi San Ubertu qalet li se tagħmel stħarriġ dwar il-passa tal-gamiem u s-summien kif ukoll dwar in-numru ta’ tiri li jinstemgħu matul l-istagun miftuħ tal-kaċċa.
Qalet li r-riżultat ta’ dan l-istħarriġ se jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-awtoritajiet Maltin.
Fl-istess waqt awgurat staġun tal-kaċċa tajjeb lil-kaċċaturi kollha u fakkrithom fl-obbligu tagħhom li josservaw il-liġi.
Qalet li l-pieni ħorox fil-liġijiet tal-kaċċa għandhom ikunu għodda għall-Qrati Maltin biex jipproteġu l-interessi tal-kaċċaturi, li fil-maġġoranza tagħhom josservaw il-liġi.